Tuesday, May 21, 2024

Il-PM Iżraeljan jgħid li l-attakk ta’ Rafah se jseħħ xorta irrispettivament mill-ftehim

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tal-Iżrael, Benjamin Netanyahu qal li Iżrael se jinvadi il-belt ta’ Rafah fin-Nofsinhar ta’ Gaża irrispettivament mit-taħditiet li saru mal-Hamas.

Fi stqarrija tal-White House, ingħad li f’telefonata bejniethom il-PM Netanyahu u l-President Amerikan Joe Biden tennew l-pożizzjoni ċara tagħhom dwar Rafah.

Nhar it-Tlieta, is-Segretarju Ġenerali tal-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres spjega li dan l-attakk fuq Rafah jista’ jeskala u jiggravas-stwazzjoni tal-pajjiż. Huwa appella sabiex kulħadd jagħmel sforz ħalli dan l-attakk jiġi evitat.

Midja internazzjonali rrapurtat kif aktar minn nofs il-popolazzjoni ta’ Gaza tinsab f’Rafah, wara li bosta ħarbu hemmhekk minħabba xi ġlied f’partijiet oħra tal-pajjiż.

Nhar it-Tnejn, il-President Palestinjan, Mahmoud Abbas qal li dan l-attakk li se jseħħ f’Rafah,jiista’ jitqies fost l-akbar katastrofija fl-istorja tal-poplu Palestinjan. Sorsi Iżraeljani qalu li jekk jintlaħaq ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn il-Hamas u l-Iżraeljan,hemm ċans li l-attakk ma jseħħx.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport