Sunday, December 22, 2024

Il-PM jgħid li jistenna li jkun hemm kru tal-linja tal-ajru li jkun kapaċi jitkellem bil-Malti

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Jiena li nippretendi huwa illi meta ntir fuq il-linja internazzjonali tal-ajru, ikun hemm kru li jkun kapaċi jitkellem bil-lingwa Maltija, tajt direzzjoni ċara tal-kumpanija x’qed nistenna miinnha u ġejt assigurat illi dak ir-rekwiżit se jkun milquh”

Dan qalu l-Prim Ministru Robert Abela, hekk kif kien mistoqsi mill-ġurnalisti, fir-rigward tal-kritika li nqala’ f’dawn l-aħħar jiem, minħabba l-użu tal-lingwa Maltija fil-linja nazzjonali tal-ajru KM Malta.

Il-PM spjega illi huwa kburi ħafna li jagħmel użu mill-lingwa Maltija. Irrimarka wkoll kif jiddejjaq meta jmur jinawgura proġett tal-Gvern u ma jkunx hemm l-ebda sinjali bl-lingwa Maltija.

Temm jgħid sabiex nagħtu valur lill-lingwa Maltija u sabiex l-pubbliku jissalvagwardja l-lingwa li lilna l-Maltin tidentifikana u tagħmilna uniċi.

Ekonomija

Sport