Friday, November 22, 2024

Il-PM jikteb formalment lill-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar in-nominat ta’ Malta għal Kummissarju Ewropew

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela kiteb lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fejn ressaq formalment in-nomina tal-Gvern Malti għal Kummissarju Ewropew. Glenn Micallef huwa n-nominat ta’ Malta.

Glenn Micallef għandu esperjenza estensiva fl-affarijiet Ewropej fost oħrajn. Huwa gradwat fl-ekonomija u fil-politika Ewropea. Micallef kien ukoll Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Is-Sur Micallef kien Direttur Ġenerali tad-Dipartiment ta’ Koordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea u serva bħala konsulent tal-Prim Ministru għall-Affarijiet Ewropej, fejn kien ukoll parti mit-tim ta’ negozjati li wasslu biex pajjiżna kiseb allokazzjoni rekord ta’ fondi Ewropej.

Sport