Wednesday, November 6, 2024

Il-PM jisħaq fuq il-paċi, l-ugwaljanza u l-prosperità fl-Assemblea Ġenerali tal-UN

Aqra wkoll

Waqt li kien qed jindirizza s-77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, il-Prim Ministru Robert Abela ffoka fuq tliet aspetti ewlenin, il-paċi, l-ugwaljanza u l-prosperita li flimkien iwasslu għal ħajja diċenti tal-popli. Huwa qal li dawn huma dak li jixtiequ u jridu n-nies.

Huwa sostna li hemm rabta bejn dawn it-tliet prinċipji u qal li l-istituzzjonijIet għandhom jiffukaw ħidmiethiom għal kisba tagħhom permezz ta’ azzjonijiet konkreti u mhux bil-kliem.

Dwar il-paċi, il-Prim Ministru enfasizza li mingħajr dan la jkun hemm sigurta u wisq inqas stabilita u għaldaqstant ma nkunux kapaċi niffukaw fuq sfidi aktar importanti bħalma huma t-tkabbir ekonomiku, l-ugwaljanza u l-prosperità.

Dr Abela semma wkoll li Malta kostituzzjoinalment hija pajjiż newtrali li taħdem bis-sħiħ għat-tfittxija tal-paċi, is-sigurtà u l-progress soċjali fost il-ġnus kollha. “Hija din dikjarazzjoni li tirrifletti valuri sodi u l-prinċipji taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti u li Malta hija kommessa li tkompli twettaq”.

Huwa fisser ukoll kif illum il-paċi dinjija hija mhedda u sostna li sakemm il-ġnus ma jiġux flimkien u jaħdmu għal ordni globali ġdid u għal paċi mhux se jkun hawn sliem għaliex ebda pajjiż waħdu ma jista jilħaq l-għanijiet għal paċi dinjija.

Il-Prim Ministru Abela fakkar ukoll is-sehem kruċjali li kellha Malta meta fl-1989 ospitat is-summit bejn il-President Amerikan u dak Sovjetiku li finalment wassal għat-tmiem tal-gwerra bierda u tenna l-impenn ta’ Malta li tibqa kommessa li tikkontrtibwixxi għaż-żamma tas-sliem, l-ordni u s-sigurtà dejjiema.

Huwa tenna wkoll li s-soluzzjoinijiet għall-problemi tas-Seklu 21 ma jinstabux fl-użu tal-forza u l-armamenti iżda fid-djalogu sinċier u fi sforzi sinifikanti ta’ negozjar effettiv.

Fid-diskors tiegħu il-Prim Ministtru għaqqad flimkien l-ekonomija u l-paċi u saħaq li permezz ta’ rabtiet ekonomiċi, il-moviment ħieles tan-nies u tal-kapital nistgħu nittamaw li naslu għal paċi dinjija dejjiema.

Lejn tmiem id-diskors tiegħu Dr Abela rrefera wkoll għall-ħarsien tal-ambjent u qal li huwa imperattiv li f’dawn iż-żmijiet ta’ prova naraw kif nevitaw it-tentazzjoni li nħarsu lejn it-tibdil klima bħala xi ħaġa mhux ta’ importanza.

“Illum huwa l-waqt u jekk mhux illum meta? Għalhekk għandna nistinkaw biex l-isfidi li qed naffaċċjaw ndawruhom f’opportunitajiet”

Sport