Friday, December 27, 2024

Il-PN baqa’ maħkum minn klikka ta’ estremisti li trid toħnoq lin-nies

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista kompla jaqa’ fl-aktar livelli baxxi b’aġir deplorabbli li bih irid jitfa’ n-nies il-ħabs għax ma jridx li l-messaġġ t’obbligu mill-Gvern jasal għand il-poplu wara Budget li jindirizza l-ħtiġijiet tal-familji.

Ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni wara l-Budget kienet waħda surreali. Fiha qal biss li jrid jgħolli l-paga tiegħu u jiffinanzja l-partit tiegħu, anki jekk sal-lum qed jibqa’ jikser b’mod sfaċċat il-liġi tal-finanzjament tal-partiti.

Issa qed jipprova jagħmel sarima u ma jħalliex lill-poplu jkun jaf kif il-Budget qed jolqot liċ-ċittadin. L-ipokresija tal-Oppożizzjoni m’għandhiex limitu għaliex bil-provi, materjal li konvenjetament il-Partit Nazzjonalista qed jargumenta kontrih, xandru fuq l-istazzjon tiegħu stess.

Bernard Grech għandu problema li l-familji jisimgħu kif għexirien ta’ miżuri laqtuhom b’mod pożittiv. Il-problema hi ikbar għax il-Partit Nazzjonalista baqa’ maħkum minn klikka estremista li tagħha kollu tajjeb u ta’ ħaddieħor kollu ħażin.

Ekonomija

Sport