Sunday, January 26, 2025

Il-PN ipprova juża l-popoliżmu biex idawwar il-ħelsien mill-arrest ta’ Fenech fuq il-Gvern

- il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

“Il-Partit Nazzjonalista pprova juża l-popoliżmu biex idawwar il-ħelsien mill-arrest ta’ Fenech fuq il-Gvern.” Hekk stqarr il-Prim Ministru waqt li kien qiegħed jiġi intervistat fuq One Tv.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li d-deċiżjoni li Yourgen Fenech jingħata l-ħelsien mill-arrest kienet deċiżjoni purament tal-Qorti u l-Gvern m’għandu l-ebda seta’ li jagħti ħelsien mill-arrest. Stqarr li l-istat għandu rwol biss fejn jidħol l-Avukat Ġenerali fejn f’dan il-każ l-istess Avukat Ġenerali għamlet oġġezzjonijiet qawwija u kemm-il darba biex Fenech jingħata l-ħelsien mill-arrest.

Dr Abela qal l-Qorti Kriminali ma kellix ideja marbutin bil-liġi li tagħti l-ħelsien mill-arrest. “Mhux se noqgħod ngħid li l-Qorti għamlet tajjeb jew ħażin, imma biex il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest tat kundizzjonijiet qawwwija li qatt ma rajna bħalhom fil-pajjiż. Hemm valur ta’ 52 miljun ewro, apparti kundizzjonijiet oħrajn li l-pulizija jkunu għassa mad-dar tiegħu l-ħin kollu,” saħaq il-Prim Ministru.

Waqt l-intervista Dr Abela qal li l-prosekuzzjoni kienet lesta li tmur għal ġuri hekk kif l-atti tal-akkużi ħarġu fl-2021. “Iżda hawn ukoll il-Gvern m’għandu l-ebda seta’ biex jiġi appuntat il-ġuri u dan hu f’idejn l-Imħallef tal-Kriminal,” kompla jikkummenta l-Prim Ministru.

Il-kelliem qal li kien hemm żviluppi li però tefgħu l-ġuri lura fosthom talbiet mill-avukati tal-akkużat, kien hemm ukoll l-iżvilupp li l-akkużti l-oħrajn f’dan il-każ ammettew… “il-familja wkoll għamlet talba f’dan il-każ fejn talbet lill-Qorti biex dawk kollha li kitbu jew ikkontribixxew fil-portal ta’ Daphne Caruana Galizia, l-ismijiet tagħhom ma jiġux żvelati… L-espert biex iwettaq din it-talba ilu għaddej b’dan il-proċess sena u allura l-Imħallef ma tistax tagħti data għal ġuri.”

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar kif il-Gvern saħħa l-ġudikatura u anke l-uffiċju tal-Prosekuzzjoni. Semma kif issa hemm 70 avukat impjegati fl-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali u 25 avukat ieħor fl-Uffiċju tal-Avukat tal-Istat.

Fakkar li taħt Gvern Laburista kien hemm żieda ta’ 34% fil-membri tal-ġudikatura. Saħaq li dwar il-każ ta’ Fenech il-Gvern għamel dak kollu posibbli, u ma seta’ jagħmel xejn aktar milli għamel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport