Saturday, May 4, 2024

“Il-PN issuġġerew aġġustament għall-pensjonanti li għandhom aktar minn 960 sena”

Aqra wkoll

Waqt attività Politika tal-Partit Laburista min-Naxxar il-Membru Parlamentari Alex Muscat qal li fejn jidħol il-budget hemm differenza ewlenija bejn iż-żewġ partiti l-kbar. 

Huwa kompla biex jgħid li filwaqt li taħt gvern Nazzjonalista, sa disa’ snin ilu biss kien ikollok min ikun qed jibża’ mill-budget u llum hawn stennija għall-budget għax in-nies jafu li se jmorru tajjeb bil-budget.

Muscat qal li minkejja li l-gvern kellu jżid in-nefqa biex jgħin l-ekonomija, id-dejn ta’ pajjiżna huwa inqas minn dak tal-2013.

Rigward id-dokument li l-Oppożizzjoni ppreżentat fl-aħħar jiem qabel il-budget, Muscat qal li għal darba oħra l-Partit Nazzjonalista, bħalma għamel fil-kampanja elettorali, ħareġ b’dokument mimli żbalji.

“Biex tifhmu ftit il-kwalità tal-Oppożizzjoni li tinsab fiha, wieħed mill-iżbalji li nispera li kien żball, qalu li kieku huma jagħmlu aġġustamenti lill-pensjonanti li twieldu qabel 1062, iġifieri se jibbenefikaw minnha dawk il-pensjonanti li llum għandhom aktar minn 960 sena… nispera li dan kien żball!”, tenna Muscat.

Sport