Friday, May 17, 2024

Talba biex l-Iran jitkeċċa mit-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Saret talba formali lill-FIFA biex l-Iran jitkeċċa mit-Tazza tad-Dinja tal-2022 minħabba ksur tal-linji gwida internazzjonali relatati mal-football tan-nisa.

In-nisa ġew miċħuda kemm-il darba d-dħul fl-istadiums tal-football fl-Iran f’dawn l-aħħar xhur li, għalkemm m’hemm l-ebda projbizzjoni formali għan-nisa li jattendu partiti tal-football, ​​huwa meqjus bħala ksur tal-Artikolu 19 tar-regolamenti tal-FIFA.

Grupp ta’ personalitajiet tal-football u sportivi Iranjani, inkluż ir-referee tal-FIFA Mohammad Reza Faghani, iċ-champion tal-judo Vahid Sarlak u l-internazzjonali tal-futsal Shiva Amini, kollha ffirmaw ittra mibgħuta lill-FIFA fejn talbu għat-tkeċċija tal-Iran mit-tournament.

“Il-brutalità u tal-pajjiż Iranjan lejn in-nies tiegħu stess laħqet il-limitu tagħha u għaldaqstant qed nitolbu biex jiġi diżassoċjat mill-bqija tal-football u tal-isport dinji.

“In-nisa ġew imċaħħda b’mod konsistenti mill-aċċess għall-istadji madwar il-pajjiż u esklużi mill-ekosistema tal-football fl-Iran, li jikkuntrasta bil-kbir mal-valuri u l-istatuti tal-FIFA.

“Jekk in-nisa ma jitħallewx jidħlu fl-istadji madwar il-pajjiż, u l-FA Iranjana sempliċement issegwi u tinforza linji gwida governattivi, ma jistgħux jitqiesu bħala organizzazzjoni indipendenti u ħielsa minn kwalunkwe forma jew tip ta’ influwenza. Dan huwa ksur ta’ (l-Artikolu 19) tal-istatuti tal-FIFA.”

L-ilment isegwi wkoll talba simili mill-grupp tad-drittijiet tal-bniedem ‘Open Stadiums’ li għamel ix-xahar li għadda, li talab biex l-Iran jiġi pprojbit mill-kampjonat minħabba t-trattament tiegħu man-nisa.

Il-FIFA diġà kkuntattjat lill-Iran biex titlob li aktar nisa jitħallew jidħlu fil-grounds tal-futbol iżda l-grupp inkwistjoni saħaq li mhux qed isir biżżejjed.

“Il-Kunsill tal-FIFA jista’ u għandu immedjatament jissospendi l-Iran,” żiedu jgħidu.

“Il-FIFA m’għandhiex tippermetti l-parteċipazzjoni minn pajjiż li qed jippersegwita b’mod attiv lin-nisa, lill-atleti u t-tfal tiegħu biss talli jeżerċitaw id-drittijiet umani l-aktar bażiċi tagħhom.”

Sport