Saturday, December 21, 2024

“Il-PN jgħid li hawn bżonn bidla iżda mhux jgħidulna x’se jibdlu”

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu b’rabta mat-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att Dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, il-Ministru Aaron Farrugia qal li n-narrattiva tal-Partit Nazzjonalista hija li jeħtieġ li jkun hawn bidla fil-gvern biex l-ambjent ikun imħares aħjar, iżda l-istess Oppożizzjoni mhumiex kapaċi jressqu l-ideat tagħhom dwar l-Ambjent u jgħidu kif huma lesti li jbiddlu. Fakkar li l-Kap tal-Oppożizzjoni meta mistoqsi fuq numru ta’ intervisti qalilhom li “M’jien se nbiddel xejn”. 

Il-Ministru tkellem dwar meta l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li se jixtri lura Ħondoq ir-Rummien li qabel l-2005 kien ODZ, iżda fl-2016 gvern Nazzjonalista daħħal l-art kollha f’żona ta’ żvilupp. Issa l-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li se tonfoq miljuni kbar mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu biex jixtru din l-art lura.

Ekonomija

Sport