Monday, May 13, 2024

Il-Polonja se tieqaf tagħti armi lil Ukranja

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki qal li pajjiżu se jieqaf jagħti armi lil Ukranja u minflok se jkun qiegħed jinvesti fl-armata tiegħu stess biex ikollhom armi aktar moderni.

Il-Polonja titqies bħala wieħed mill-akbar alleati tal-Ukranja fil-gwerra li għaddejja mar-Russja. Dan il-pass dwar l-armi ttieħed hekk kif kompli teskala l-kwistjoni diplomatika dwar il-qamħ li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi.

S’issa l-Polonja diġà tat 320 tank tal-gwerra u 14-il ajruplan MiG-29. Il-Gvern Pollakk sejjaħ lil Ambaxxatur Ukren wara li l-President Volodymyr Zelensky waqt li kien jindirizza l-Assemblea tal-Ġnus Magħquda għadda kummenti dwar il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja.

Il-President Ukren qal li hu ta tħassib kif xi “ħbieb” Ewropew qegħdin jaġixxu fuq il-kwistjoni tal-qamħ hekk kif b’dan il-mod se jkunu qegħdin jagħtu vantaġġ lir-Russja.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Pollakk qal li l-President Ukren jaf li pajjiżu kien minn ta quddiem nett biex joffri l-għajnuna kollha li hemm bżonn fil-gwerra kontra l-invażjoni Russa.

Sport