Tuesday, April 16, 2024

Il-poplu mħeġġeġ jagħti preferenza lis-swieq lokali waqt it-tnedija tal-Black Friday 21

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri u l-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji nedew il-Black Friday ‘21.

Waqt l-indirizz tiegħu, Schembri qal li huwa magħruf li bosta negozji jkunu qegħdin jiddependu minn dan il-perjodu biex jagħlqu s-sena fuq nota pożittiva. Huwa qal li wkoll li dan huwa żmien opportun biex dak li jkun jibda jixtri r-rigali tal-Milied.

Tkellem dwar ir-reżiljenza ta’ pajjiżna matul il-pandemija u l-aċċelerazzjoni tal-proċess diġitali. Kompla biex jgħid li llum il-ġurnata għandek ħafna min-negozji li huma miftuħin għal kulħadd u kull ħin permezz tal-espożizzjoni diġitali u r-reklamar.

Il-Ministru qal li l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun waħda bi prekawzjonijiet, iżda se tinkludi inqas restrizzjonijiet għax jeħtieġ li l-attività kummerċjali terġa’ tibda tirranka. Huwa tkellem dwar il-kompetittività ta’ swieq lokali u dawk internazzjonali u appella lill-pubbliku biex jagħtu preferenza lejn is-swieq lokali.

Tkellem dwar l-inizjattiva tal-Kamra tan-Negozji żgħar u medji li se tixhed dawl fuq in-negozji li se jkunu parteċipi f’din l-edizzjoni tal-Black Friday. B’dan il-mod il-konsumatur se jkollu direzzjoni aħjar ta’ fejn jista’ jagħmel ix-xirja tiegħu u jibbenefika minn skontijiet u offerti li se jkunu qegħdin jiġu offruti minn ’il fuq minn 200 negozji.

Ekonomija

Sport