Sunday, November 3, 2024

Il-Port il-Kbir fost il-finalisti għall-premjijiet internazzjonali Cruceroadicto 2023 

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Port il-Kbir huwa wieħed mill-portijiet finalisti li ġew nominati għat-tieni edizzjoni tal-Premjijiet Internazzjonali prestiġjużi Cruceroadicto 2023.

L-451 port nominati se jkollhom l-opportunità jippreżentaw l-isbaħ vapur u cruise liner f’pajjiżhom. Il-votazzjoni fetħet fit-2 ta’ Ottubru u se tibqa’ miftuħa sal-ewwel ftit ġimgħat tal-2024. F’Jannar se jiġu żvelati l-aqwa tliet finalisti, u din il-komptezzjoni tilħaq il-qofol tagħha l-Ħamis 25 ta’ Jannar meta jitħabbru r-rebbieħa waqt ċerimonja uffiċjali f’Madrid.

Fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef qal li dan huwa unur li l-Port storiku tal-Belt Valletta qed jiġi rikonoxxut. Huwa qal ukoll li s-sbuħija tal-Port il-Kbir hija magħrufa ħafna fl-industrija u l-Kaptani tal-vapuri spiss jagħtu pariri u jirrakkomandaw li l-passiġġieri joħorġu u jammiraw ix-xenarju spettakolari meta jkunu waslu biex jieqfu f’Malta. Huwa tenna dwar l-istennija bil-ħerqa għar-riżultat finali.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għat-Turiżmu Calyton Bartolo spjega li l-istorja u s-sbuħija tal-Port il-Kbir, jagħmluh wieħed mill-aktar portijiet li jiġbed l-għajn fil-Mediterran. Il-Ministru temm jgħid li dawn l-avvenimenti jkomplu jkabbru l-prospetti ta’ Malta fil-qasam tal-cruise lining.

Sport