Għada, f’Westminister Abbey, se jsir il-funeral statali tar-Reġina Eliżabetta II. Fost dawk li se jattendu għal dan il-funeral se jkun hemm madwar .
Fl-aħħar sigħat waslu Londra l-President Amerikan Joe Biden u l-Prim Ministri tal-Kanada, l-Awstralja u New Zealand. Il-President Malti George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta s-Sibt filgħodu biex jattendi għall-funeral. Se jkun hemm preżenti wkoll membri tal-familja rjali minn madwar l-Ewropa.
L-attenzjoni illum hija fuq ir-riċeviment formali tal-istat li kien organizzat mir-Re Charles III f’Buckingham Palace. Għal ħafna mexxejja, din serviet ta’ okkażjoni għalihom li jiltaqgħu kollettivament u jidħlu f’xi diplomazija.
Ir-Reġina Eliżabetta II mietet il-Ħamis 8 ta’ Settembru fl-età ta’ 96 sena. Hija serviet f’din il-kariga għal 70 sena, l-aktar renjanta li damet fuq it-tron. Hija għamlet xi żmien ukoll tgħix f’pajjiżna u għalhekk kellha ċertu rabta mill-qrib ma’ Malta.
Intant, fl-aħħar jiem, il-pubbliku kellu wkoll l-opportunità jara t-tebut tar-Reġina f’diversi stati fl-Ingilterra.