Delegazzjoni uffiċjali mill-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola għamlet żjara ta’ kortesija lill-President tar-Repubblika fl-okazzjoni tal-Ġublew tal-Fidda mit-twaqqif tal-Banda Paola.

Minn naħa tiegħu l-President George Vella ddeskriva ż-żjara bħala waħda pożittiva ferm li fiha kellu l-opportunità jitkellem dwar il-kultura tal-baned f’Malta, it-tagħlim tal-mużika u l-ġid kollu li jsir minn dawn is-soċjetajiet fil-pajjiż.

Il-President tar-Repubblika qasam mas-soċjetà riċerka li għamel dwar il-Gran Mastru Fra Antoine de Paule relatata mal-Palazz ta’ San Anton.