Wednesday, April 24, 2024

Il-President Joe Biden b’appell għad-dimostranti f’Tennesse b’rabta mal-qtil ta’ żagħżugħ

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bħalissa f’Tennesse għaddejjin protesti b’rabta mal-qtil ta’ Tire Nichols, żagħżugħ ta’ 29 sena wara li waqfuh il-pulizija fl-4 ta’ Jannar. Il-President Biden ħeġġeġ lid-dimostranti biex ma jkomplux jaqilgħu ġlied. Huwa sostna dan, minħabba li riċentament uffiċjali tal-Pulizija ta’ Memphis qegħdin jippjanaw biex joħorġu l-filmat tal-arrest li wasssal għal mewt taż-żagħżugħ.

Il-każ imur lura għal bidu ta’ Jannar 2023. Huwa twaqqaf minn ħames uffiċjali tal-Pulizija, li qalu li waqqfuh għax kien suspettat li saq bl-addoċċ. Awtoritajiet lokali qalu li l-ewwel konfront sar meta l-uffiċjali tal-Pulizija avviċinaw il-karozza u Nichols ipprova jaħrabhom bil-mixi. It-tieni konfront sar meta l-uffiċjali ppruvaw jarrestawh.

Ftit wara l-arrest, Tire lmenta li kellu qtugħ ta’ nifs. Huwa ttieħed l-Isptar immedjatament, fejn aktar tard irriżulta li kien jinsab f’kudizzjoni kritika, fejn eventwalment ħalla din id-dinja tliet ijiem biss wara l-arrest.

L-Avukat tal-familja ta’ Nichols qal li ra filmati tal-bodycam, fejn saħaq dwar l-użu ta’ pepper spray u anke taser gun.

B’rabta ma’ dan il-każ, il-ħames uffiċjali tal-Pulizija tkeċċew u qed jaffaċċjaw akkuża li kkaġunaw l-mewt taż-żgħażugħ Tire Nichols ta’ 29 sena.

Sport