Friday, July 19, 2024

Il-President Ukren jappella mill-ġdid għal aktar armi

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky reġa’ appella għal aktar armi u għall-għajnuna fid-difiża mill-ajru wara li nhar is-Sibt, kkawża ta’ attakk bil-missili inqatlu mas-seba’ persuni fosthom żewġt itfal.

Fl-attakk Russu fuq il-belt ta’ Vilniansk, qrib il-belt ta’ Zaporizhzhia, weġġgħu madwar  31 persuna. Dan ġie kkonfermat minn uffiċjali Ukreni. F’kitba fuq il-midja soċjali, Zelensky qal li l-ibliet u l-komunitajiet Ukreni ibatu ta’ kuljum minħabba r-Russi 

Il-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna, Andriy Kostin qal li b’kollox kien hemm żewġ missili laqtu l-belt u għamlu ħsara lill-infrastruttura, ħanut u bini residenzjali fl-Ukrajna. Il-Ministeru tad-Difiża Russu ma ta l-ebda kumment dwar dan l-attakk. 

L-Ukrajna qed tgħid li n-nies fil-pajjiż qed imutu u li r-Russi qed jiddominaw f’pajjiżhom, minħabba l-fatt li l-Ukreni għandhom nuqqas ta’ armamenti u missili tad-difiża tal-ajru u li dan kollu jikkawża iktar dewmien. Zelensky kompla jħeġġeġ lil dawk kollha li jsegwuh fuq il-midja soċjali, sabiex ituh iktar appoġġ ħalli l-Ukrajna jirnexxielha tirbaħ il-gwerra.  

Fuq Telegram, huwa rringrazzja lill-alleati għall-għajnuna tagħhom, iżda qal li d-deċiżjonijiet biex jintbagħtu aktar armi għandhom jiġu aċċellerati peress li kwalunkwe dewmien fid-deċiżjonijiet f’din il-gwerra jfisser telf ta’ ħajjiet ta’ kull individwu. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport