Wednesday, April 24, 2024

“Il-prijorità tagħna llum hi ħajjitna” – Mary Nazemtseva

Aqra wkoll

“Proprju xahar ilu, ir-Russja bdiet l-invażjoni ta’ l-Ukrajna.  Illum għajnejna jinsabu għajjenin bil-biki. Dawn kienu jiem li bidlu l-ħajja ta’ kull Ukren. Se nibqgħu niftakru dawn il-jiem għal għomorna kollu.”

Tiddikjara dan Mary Nazemtseva.  Tgħid li “llum għandna prijorità u din hi ħajjitna.  Illum il-prijorità mhix xi iPhone. Illum il-prijorità hi li tqum filgħodu u tkun kuntent. Illum il-prijorità hi l-kalma u l-kwiet. Li ma ngħixux aktar jiem bi sparar u splużjonijiet kontinwi.  Kulħadd qed jipprova jgħin lil xulxin. It-tama tagħna hi f’Alla, biex tieqaf din il-gwerra”.

Sport