Sunday, May 3, 2026

Il-Prim Ministru јindirizza mass rallу fin-Naxxar … iħabbar żieda oħra fiċ-Children’s Allowance

Aqra wkoll

Żieda oħra fiċ-Children’s Allowance: “Tafu kif f’din il-leġiżlatura żidna ċ-Children’s Allowance b’iktar milli wegħedna. Għall-familji bi dħul baxx u medju, stennew żieda oħra fiċ-Children’s Allowance.”

Inwork benefit: Żieda oħra għal dawk li għax jaħdmu jirċievu l-in work benefit. Iddilјara dan il-Prim Ministru Robert Abela fin-Naxxar waqt mass rallу.

Abela stqarr: “Nistqarr li r-rispons li qed nirċievi mingħandkom tant kien qawwi li ħallieni sorpriż. Mhux biss il-ħafna messaġġi ta’ kuraġġ u prosit. Imma messaġġi mimlijin dettall, li tifhem li warajhom ikun hemm ħafna ħsieb u analiżi ta’ dak li qed jiġri”

Qal ukolċ:، “Messaġġi ta’ kif proposta tista’ tittejjeb u tkun aħjar, ta’ kif inkomplu nibnu fuq dak li qed inniedu u nħabbru. Kull messaġġ mhux biss qed nanalizzah jien imma wkoll qed janalizzah it-tim tiegħi u nifhmu kif nistgħu naħdmu fuqu.”

Il-Prim Ministru Robert Abela jesprimi solidarjetà ma’ Omar Rababah

“Il-ħabib tiegħi Omar Rababah – membru tal-Youth Advisory Forum, ħaddiem fil-qasam soċjali, attivist, missier ta’ tlitt itfal, bin omm Maltija minn Ħal Qormi, missieru minn pajjiż ieħor – u ħabbar li se jikkandida ruħu mal-Partit Laburista. Għax il-ħolm tiegħu għal Malta, pajjiżu, jarah li jista’ jseħħ bil-Partit Laburista u jrid jaħdem għalih.


“Solidarjetà Omar, grazzi tal-kuraġġ tiegħek. Aħna miegħek għax int Malta”.

Se jitħabbar aktar investiment ġdid għal pajjiżna

Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li l-ġimgħa d-dieħla se jitħabbar aktar investiment ġdid għal pajjiżna. “Il-kwalità, il-valur miżjud fl-investiment illi għandna bżonn għall-futur ta’ dan il-pajjiż. Bħalma se ninawgura fil-jiem li ġejjin kunċett ġdid bit-trasport bil-baħar biex inkomplu nwessgħu fuq dak li diġà bnejna u bdejna ftit tas-snin ilu.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport