Sunday, May 3, 2026

Borg jgħid li sab metodu biex iraħħas il-kontijiet tad-dawl bi 30%… iżda d-dettalji jħabbarhom “fil-ġranet li ġejjin”

Aqra wkoll

Waqt li kien qed jindirizza mass rally f’Bormla, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ħabbar dik li sejħilha bħala “waħda mill-akbar proposti” li se jkollhom għal din l-elezzjoni.

Dr Borg qal li l-PN sab metodu ta’ kif iraħħas il-kontijiet tad-dawl tal-poplu Malti u Għawdxi bi 30%. Madanakollu, huwa ma tax wisq spjegazzjoni dwar dan il-metodu li qal li sab il-PN, hekk kif tenna li “aktar dettalji se jingħataw fil-ġranet li ġejjin.”

“Sibna metodu li bih inraħħsu l-kontijiet tad-dawl bi 30% u dan fl-istess waqt li jibqgħu jinżammu s-sussidji,” qal il-Kap tal-PN. Huwa kompla jgħid li l-kelma tiegħu hi kuntratt mal-poplu Malti u Għawdxi. U kien hawn fejn qal “we will deliver. Aħna se nwettqu.”

Dr Borg irikonoxxa wkoll li t-triq għall-Partit Nazzjonalista “hija wieqfa” iżda saħaq li jinsabu determinati li jitilgħuha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport