Sunday, May 3, 2026

Anzјana fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vann fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 84 sena mill-Ħamrun weġġgħet serjament wara li ntlaqtet minn vann

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun. Il-vann kien qed jinstaq minn raġel ta’ 67 sena residenti r-Rabat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara għall-kura fl-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport