Sunday, May 3, 2026

Birżebbuġa St Peter’s jirbħu l-BOV Challenge Cup

Aqra wkoll

Melita ………….….0

Birżebbuġa SP ……3

Birżebbuġa St Peter’s FC rebħu l-BOV Challenge Cup wara li għelbu lil Melita FC 3-0 f’finali divertenti fl-Istadium Nazzjonali, nhar il-Ħadd.

Melita kellhom l-ewwel opportunità meta ngħataw free-kick fuq in-naħa tal-lemin bil-ballun jasal  għand Karl Mohnani, iżda x-xutt tiegħu spiċċa fuq il-lasta.

Fil-20 minuta, Alex Bruno De Souza Silva kkombina taj­jeb ma’ Zachary Cassar u Duvan Mosquera Torres, qabel fajjar xutt li ġie devjat f’corner.

Fis-27 minuta, Birżebbuġa  fetħu l-iskor, wara li ngħataw penalty meta Jacob Walker ġie mwaqqa’ fil-kaxxa.  Filwaqt li Melita talbu għal verifika permezz tal-Football Video Support (FVS), id-deċiżjoni tal-penalty ġiet konfermata … u De Souza Silva mill-11-il metru ma żbaljax.

Melita resqu viċin li jiskbu d-draw fit-42 minuta, meta Eric Mensah sab spazju fit-tarf tal-kaxxa iżda t-tentattiv tiegħu spiċċa barra.  Melita komplew bil-pressjoni fuq id-difiża ta’ Birżebbuġa fl-aħħar minuti tal-ewwel taqsima, iżda ma rnexxielhomx isibu x-xibka … biex Birżebbuġa daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 1-0.

Fit-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet ħadu ftit tal-ħin biex jidħlu fil-logħba. L-ewwel opportunità waslet fl-54 minuta, meta pass preċiż sab lil Olanshile Allionida Quadri, iżda x-xutt tiegħu intemm barra.

Minkejja l-pressjoni ta’ Melita, kienu Birżebbuġa li skorjaw it-tieni goal. De Souza Silva għadda  lejn Paul Lapira, li meta sab ruħu quddiem il-goalkeeper Sean Mintoff, xeħet il-ballun fir-rokna  biex irdoppja l-vantaġġ tas-Southsiders.

Ftit minuti wara, l-iskor sar 3-0, meta f’kontrattakk veloċi ta’ Birżebbuġa, il-ballun wasal għand Zachary Cassar, li b’xutt sabiħ tefa’ fix-xibka.

Birżebbuġa żammew il-kontroll sas-suffara finali biex rebħu l-BOV Challenge Cup.

It-trofew ġie ppreżentat lit-team mill-viċi-president anzan tal-Malta FA, Matthew Paris, u mill-Head of CSR and Events tal-BOV, Charles Azzopardi.

De Souza Silva ġie vvutat bħala l-Aħjar Player tal-Logħba.

Melita

12 Sean Mintoff (GK), 6 Jean Pierre Attard (C) (3 Alec Sladden, 67’), 7 Karl Mohnani, 11 Alan Borg Olivier (2 Zak Grech, 82’), 13 Gareth Barone, 15 Eric Mensah, 17 Josuael Azzopardi (10 Benjamin Cassar, 82’), 19 Olanshile Allionida Quadri, 21 Andreas Vella, 26 Kurt Bondin (8 Nick Cutajar, 82’), 27 Kevin Stev Moreno Obregon (20 Jesus Andres Yepez Morlets, 67’)

Coach: Brian Said

Birzebbuga St Peter’s

26 James Pisani (GK), 3 Juan Andres Bolanos Ramirez, 4 Miguel Azzopardi, 5 Joey Reno Vella (C), 8 Matthew Xuereb (2 Nathan Attard, 90’), 9 Duvan Mosquera Torres, 10 Paul Lapira (7 Christopher Mario Baker, 84’), 15 Zachary Cassar (20 Elyas Grioli, 90’), 17 Jacob Walker (16 Randall Vella, 84’), 29 Alex Bruno De Souza Silva, 94 Daniel Zerafa (23 Leonardo Agius, 45+1’)

Coach: Edgar Degabriele

Referee: Daniel Portelli

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport