Sunday, May 3, 2026

Imut l-eks player ta’ Valletta FC, Charlie Williams

Aqra wkoll

Valletta FC ħabbru l-mewt għall-għarrieda tal-eks player, Charlie Williams.

Charlie rrappreżenta lil Valletta FC bi kburija bejn l-1961 u l-1967, fejn għamel id-debutt tiegħu fl-età ta’ 17-il sena biss. Midfielder talentuż, kellu rwol ewlieni matul perjodu ta’ suċċess għall-klabb, fejn ikkontribwixxa għal trijonfi fil-kampjonat u diversi unuri domestiċi, filwaqt li rrappreżenta wkoll lill-klabb f’kompetizzjonijiet Ewropej.

Huwa dejjem se jibqa’ mfakkar bħala parti mill-familja ta’ Valletta FC.

Valletta FC bagħtu l-kondoljanzi sinċieri tagħhom lill-familja, ħbieb u maħbubin tiegħu matul dan iż-żmien diffiċli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport