Sunday, May 3, 2026

MFPA Awards 2026 – Jitħabbru n-nominati finali

Aqra wkoll

L-avveniment li se jsir fl-4 ta’ Mejju jiċċelebra l-aqwa tal-futbol Malti

Fadal biss jum għall-MFPA Awards 2026, u n-nominati finali issa huma magħrufa wara li ntemm il-proċess ta’ votazzjoni li kien miftuħ għall-plejers li huma membri tal-Malta Football Players Association (MFPA).

Il-plejers u l-kowċis li ħallew impatt pożittiv matul staġun ieħor eċċitanti se jiġu onorati għall-kontribut tagħhom waqt is-serata annwali tal-MFPA Awards, li din is-sena se ssir f’Villa Bologna, Ħ’Attard nhar it-Tnejn, 4 ta’ Mejju.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se timmarka rekord ġdid hekk kif se jingħataw total ta’ 44 unur, wara żieda ta’ żewġ kategoriji ġodda – l-MFPA Challenge League Best XI u l-MFPA Best Challenge League Coach.

L-introduzzjoni ta’ dawn l-unuri tikkumplimenta l-impenn tal-MFPA biex tkompli tgħolli l-profil taċ-Challenge League, it-tieni livell tal-futbol Malti.

Dan ifisser ukoll li l-MFPA Awards ta’ din is-sena jinkludu xejn inqas minn tliet kategoriji tal-Best XI, b’dik taċ-Challenge League tingħaqad ma’ dawk tal-MFPA Best XI mill-Kampjonat Premier kif ukoll tan-nisa, flimkien ma’ premjijiet individwali oħrajn.

Bħal fl-edizzjonijiet preċedenti, l-MFPA se tonora wkoll eks plejer jew personalità li tat kontribut eċċezzjonali lill-futbol Malti.

Hemm total ta’ 22 finalist f’kull kategorija tal-MFPA Best XI kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. Fil-Premier League, Ħamrun Spartans u Floriana għandhom ħames nominati, segwiti minn Valletta b’erbgħa.

Mġarr United, li rebħu l-kampjonat, in-knock-out u l-Jubilee Cup fil-kompetizzjonijiet tan-nisa, huma l-aktar klabb irrappreżentat fl-MFPA Women’s Best XI b’disa’ nominati, filwaqt li Hibernians għandhom ħamsa u Swieqi United erba’ finalisti.

Fil-kategorija taċ-Challenge League, Balzan, li rebħu t-titlu fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat, għandhom sitt nominati, segwiti minn Birżebbuġa St Peter’s u Swieqi United b’erbgħa kull wieħed.

Il-finalisti u r-rebbieħa tal-unuri MFPA Best Player (irġiel u nisa) se jitħabbru waqt il-lejla tal-MFPA Awards. Il-plejer internazzjonali Malti Alexander Satariano, li bħalissa jilgħab ma’ Athens Kallithea fil-Greċja, u l-midfielder ta’ Swieqi United u t-tim nazzjonali tan-nisa Shona Zammit, kienu vvutati bħala l-aqwa plejers is-sena li għaddiet.

Il-finalisti u r-rebbieħa tal-unuri tal-MFPA Best Young Player kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa wkoll jitħabbru waqt is-serata tal-MFPA Awards. Fl-2025, dawn l-unuri ntrebħu minn Satariano u l-midfielder ta’ Hibernians Nicole Sciberras.

Minbarra l-kriterji ta’ eliġibbiltà relatati mal-ħin minimu ta’ logħob għall-kandidati kollha, il-plejers ma jistgħux jivvutaw għal kandidat li jilgħab fl-istess tim tagħhom. In-nominati inizjali kienu magħżula minn panel ta’ kowċis.

IL-FINALISTI TAL-MFPA AWARDS 2026

MFPA MEN’S BEST XI (1-4-3-3)

Goalkeepers: Henry Bonello (Ħamrun Spartans); Matthias Debono (Naxxar Lions).

Centre-backs: Emerson Marcelina (Ħamrun Spartans); Gabriel Mentz (Gżira United); Iago Mendonca (Floriana); Sava Radic (Valletta).

Right-backs: Rafael Compri (Ħamrun Spartans); Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk).

Left-backs: Leandro Aguirre (Marsaxlokk); Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans).

Midfielders: Jake Grech (Floriana); Donovan Makoma (Birkirkara); Yuri Messias (Valletta); Brandon Paiber (Valletta); Federico Varela (Floriana); Dunstan Vella (Floriana).

Forwards: Thaylor Aldama (Valletta); Prince Emmanuel (Mosta); Mustapha Jah (Floriana); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Jorge Soares (Marsaxlokk); Joao Souza Dos Santos – Vitinho (Naxxar Lions).

MFPA MEN’S BEST PLAYER

In-nominati kollha għall-MFPA Men’s Best XI huma eliġibbli.

MFPA MEN’S BEST YOUNG PLAYER

Il-finalisti u r-rebbieħ jitħabbru waqt l-avveniment tal-MFPA Awards.

MFPA BEST PREMIER LEAGUE COACH

Thane Micallef (Valletta); Daniel Portela Da Silva (Floriana); Vincenzo Potenza (Marsaxlokk).

MFPA WOMEN’S BEST XI (1-4-3-3)

Goalkeepers: Patricia Araujo Da Silva (Swieqi United); Giulia D’Antuono (Mġarr United).

Centre-backs: Abigail Camilleri (Mġarr United); Leanne Cefai (Mġarr United); Natalee Geren (Hibernians); Stephania Farrugia (Birkirkara).

Right-backs: Rebecca Bajada (Mġarr United); Georgiana Mifsud (Hibernians).

Left-backs: Yanina Mendez (Mġarr United); Calista Schechinger (Hibernians).

Midfielders Eliza Csik (Valletta); Morena Fanega (San Ġwann); Amber Grech (Mġarr United);

Andela Kricak (Swieqi United); Nicole Sciberras (Hibernians); Momo Ueda (Birkirkara).

Forwards: Salamatu Abdulai (Swieqi United); Yulya Carella (Mġarr United); Sylivia Kabene (Hibernians); Sara Saliba (Swieqi United); Alejandra Villegas Caly (Mġarr United); Valeria Villegas Caly (Mġarr United).

MFPA WOMEN’S BEST PLAYER

In-nominati kollha għall-MFPA Women’s Best XI huma eliġibbli.

MFPA WOMEN’S BEST YOUNG PLAYER

Il-finalisti u r-rebbieħa jitħabbru waqt l-avveniment tal-MFPA Awards.

MFPA WOMEN’S BEST COACH

Martina Borg (Hibernians); Dorianne Theuma (Swieqi United); Ryan Vella (Mġarr United).

MFPA CHALLENGE LEAGUE BEST XI (1-4-3-3)

Goalkeepers: Dylan Ciappara (Balzan); Reeves Cini (Pietà Hotspurs).

Centre-backs: Juan Bolanos Ramirez (Birżebbuġa St. Peter’s); Samuel Okoh (Swieqi United); Enzo Ruiz (Gudja United); Luis Gabriel Santos Silva (Balzan).

Right-backs: Isaac Davey (Swieqi United); Jake Engerer (Balzan).

Left-backs: Samir Arab (Balzan); Matteo Gambin (Fgura United).

Midfielders: Kurt Bondin (Melita); Samuel Buhagiar (Fgura United); Kian Leonardi (Swieqi United); Salam Mawuena (Swieqi United); Matthew Xuereb (Birżebbuġa St. Peter’s); Nicholas Pulis (Balzan).

Forwards: Oluwatobiloba Awosanya (Balzan); Alex De Souza Silva (Birżebbuġa St. Peter’s); Paul Lapira (Birżebbuġa St. Peter’s); Cristhyan Noto Souza (Mġarr United); Thiago Nonato (Sirens); Jesus Yepez (Melita).

MFPA CHALLENGE LEAGUE PLAYER

In-nominati kollha għall-MFPA Challenge League Best XI huma eliġibbli.

MFPA BEST CHALLENGE LEAGUE COACH

Manuel Caruana (Pietà Hotspurs); Andrew Cohen (Balzan); Edgar Degabriele (Birzebbuġa St. Peter’s); Liam Mangion (Swieqi United).

MFPA BEST AMATEUR LEAGUE 1 PLAYER

Luka Mijic (Mqabba); Rondinely Monteiro (Victoria Hotspurs); Precious Nwankwo (Attard).

MFPA BEST AMATEUR LEAGUE 2 PLAYER

Ronaldinho Daley (Dingli Swallows); Ryan Dalli (Kalkara United); Giovanni Galea (Mdina Knights).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport