Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Dr Robert Abela ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi fid-Dar Ċentrali biex isellem il-memorja tal-eks Deputat Nazzjonalista Karl Gouder.
F’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Dr Abela qal li Karl Gouder kien politiku rispettat minn kulħadd u ħadem bla ma qatt weġġa’ lil ħadd. Tenna li dan huwa mument li fih irridu nsostnu l-għaqda nazzjonali.