Il-Prim Ministru Dr Robert Abela żar iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Futbol f’Ta’ Qali lbieraħ biex jara l-progress fuq dan il-proġett importanti għall-futbol Malti. Huwa kien iggwidat mill-president tal-MFA, Bjorn Vassallo u uffiċjali oħra tal-Assoċjazzjoni.
Il-Prim Ministru ltaqa’ wkoll mal-plejers tat-Tim Nazzjonali tan-Nisa ta’ Malta bbażati lokalment waqt is-sessjoni ta’ taħriġ tagħhom bi tħejjija għall-impenji internazzjonali li jmiss.
Il-faċilità hija ko-investiment bejn l-MFA u l-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF).