Wednesday, October 2, 2024

Il-Prim Ministru jżur il-Forn tal-Ħabs

Aqra wkoll

Dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela żar il-Forn tal-Ħabs fejn seta’ jara l-ħidma li għaddejja mill-uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-priġunieri fejn kienu qed jippreparaw il-prodotti, bħal qagħaq tal-appostli, biex jinbiegħu minn quddiem il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Mill-Forn tal-Ħabs hija inizjattiva li tassisti fil-proċess ta’ rijabilitazzjoni tal-persuni li qed jiskontaw sentenza, sabiex anke jakkwistaw ħiliet ġodda li jkunu jistgħu jużaw anki meta jiġu integrati mill-ġdid fis-soċjetà.

Il-Prim Ministru ġie mdawwar mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Christopher Siegersma, fejn anke żar il-post minn fejn kienu qed jinbiegħu l-prodotti. Huwa tkellem mal-uffiċjali u priġunieri preżenti fejn faħħar il-ħidma li qed issir għal din l-inizjattiva.

Matul iż-żjara, il-Prim Ministru Robert Abela kien akkumpanjat ukoll mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri.

Sport