Saturday, May 4, 2024

Il-Prim Ministru Pollakk iwissi li l-Ewropa tinsab f’era ta’ qabel il-gwerra

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Pollakk Donald Tusk wissa li l-Ewropa tinsab f'”era ta’ qabel il-gwerra” u li għad għandha “triq twila” qabel ma tkun lesta biex tiffaċċja t-theddida tar-Russja.

F’intervsta mal-gazzetta Ġermaniża, Tusk qal; “Il-gwerra m’għadhiex kunċett mill-passat. Hija reali, u bdietaktar minn sentejn ilu. L-iktar ħaġa inkwetanti bħalissa hija li litteralment kwalunkwe xenarju huwa possibbli. Ilna ma naraw sitwazzjoni bħal din mill-1945,”

Kompla jispjega li jaf li dan kollu jaf jinstema’ devastanti, speċjalment għall-ġenerazzjoni żagħżugħa, imma sostna li l-pubbliku jrd jidra bil-fatt li bdiet era ġdida: l-era ta’ qabel il-gwerra.

Minn meta r-Russja bdiet l-invażjoni tagħha fuq skala sħiħa tal-Ukrajna fi Frar 2022, il-mexxejja Ewropej u l-uffiċjali militari saru dejjem aktar imħassba li l-kunflitt jista’ jinfirex f’pajjiżi oħra fuq il-fruntiera tagħha.

Il-President Russu Vladimir Putin kemm-il darba ċaħad li r-Russja biħsiebha tattakka lill-pajjiżi tan-NATO.

Sport