Tuesday, May 14, 2024

Il-Prim Ministru u l-Partit Laburista ifakkar lil Karin Grech

Aqra wkoll

Erbgħa u erbgħin sena wara li Karin Grech sfat maqtula minn ittra bomba, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista taw ġieħ fuq il-mafkar tagħha f’San Ġwann.

Il-Prim Ministru qal kif dan il-qtil ta’ 44 sena ilu jfakkarna x’iseħħ meta terbaħ il-firda u l-mibegħda u nuqqas ta’ raġuni u kif is-soċjeta’ trid tibqa’ taħdem biex dan l-assassinju ma jerġa’ jseħħ qatt.

“Niġu hawn kull sena b’impenn li naħdmu biex inrawwmu soċjeta’ li ma taċċettax dan it-terroriżmu politiku. La għandna naċċettaw l-att u lanqas iż-żerriegħa tal-firda li twassal għal atti bħal dawn.”

Sport