Laboratorju f’Sydney l-Awstralja, informa lil mijiet ta’ persuni li kienu għadhom kemm għamlu swab test tal-COVID-19 li t-test li rcievew u li kien jgħid li huma negattivi għall-pandemija kienu foloz u fil-fatt kienu pożittivi.
Dan l-iżball deskritt bħala wieħed kolossali, qiegħed jinkwieta mhux ftit li dawk li rċievew ir-riżultat li huma negattivi għall-COVID-19 meta fil-fatt huma pożittivi. “L-inkwiet tagħna huwa li matul il-festi stajna għaddejna l-vajrus lill-familjari tagħna u li wħud minhom huma vulnerabbli.”