Bosta kienu dawk, speċjalment dawk li jsegwu mill-qrib il-familja rjali, li aktar kmieni tħallew ssummati u bi swied ta’ qalb wara li l-Prinċipessa Charlotte dehret tibki waqt il-funeral tal-istat tal-bużnanna maħbuba tagħha.
Kate, il-Prinċipessa ta’ Wales, dehret twennes lil bintha ż-żgħira hekk kif infaqgħet tibki barra l-Westminster Abbey wara ċerimonja kommoventi għar-Reġina.
Ma setax jonqos li bosta ssimpatizzaw mal-innoċenza taċ-ċkejkna li minkejja l-protokoll tal-monarkija li jipprojbixxu li membri tal-familja rjali juru l-emozzjonijiet tagħhom fil-pubbliku, iċ-ċkejkna ta’ seba’ snin ma setgħetx żżomm milli taħbi l-emozzjonijiet tagħha waqt il-funeral ta’ bużnannitha.