Monday, September 30, 2024

Il-Prinċipessa ta’ Wales tgħid li ma kintix faċli li tispjega lil uliedha li għandha kanċer

Aqra wkoll

Kate Middleton, il-Prinċipessa ta’ Wales qalet li damet naqa mhux ħażin biex spjegat lit-tliet uliedha dwar x’inhu jiġri fir-rigward ta’ saħħitha. Dan qalitu f’messaġġ li wasslet nhar il-Ġimgħa fuq il-pjattaforma X, fejn irrimarkat li bħalissa qed tingħata l-ewwel trattament għall-kanċer.

Fl-istess filmat, hija qalet li hi u żewġha William kienu f’xokk kbir u li għalhekk iddeċidew li jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex ifehmu lit-tfal tagħhom privatament mingħajr l-użu tal-midja soċjali.

Intant midja internazzjonali rrapurtat li dan il-filmat li wasslet il-Prinċipessa, ġie ppublikat ftit tal-ġimgħat li matulhom kien hemm ħafna spekulazzjonijiet fuq il-midja soċjali, wara li din kienet ilha ma tidher pubblikament minn Diċembru li għadda.

Sport