Monday, April 29, 2024

Il-Pulizija qed tfittex żewġt irġiel b’rabta ma’ serqa minn ħanut

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-06. 15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Kavallieri ta’ Malta, Marsaskala.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari jidher li żewġt irġiel, allegatament armati b’sikkina, daħlu fil-ħanut u serqu ammont ta’ flus kontanti. Il-ħallelin wara ħarbu minn fuq il-post.

Ħadd ma weġġa’, bil-pulizija għaddejja bit-tfittxija għaż żewġt irġiel.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Philip Galea Farruġia LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport