Il-pulizija ta’ Sydney tinvestiga żewġ qtil ta’ identità żbaljata f’jumejn

Aqra wkoll

Il-pulizija ta’ Sydney fl-Awstralja qed tinvestiga żewġ każi ta’ omiċidju possibbilment riżultat ta’ żball fl-identità mwettaq mill-kriminalità organizzata f’inqas minn 48 siegħa. Nhar l-Erbgħa waranofsinhar, is-servizzi ta’ emerġenza marru b’ħeffa f’dar f’Merrylands West wara rapporti li raġel fl-erbgħinijiet tiegħu safa fil-mira ta’ sparatura minn vettura li kienet qed tinstaq. Ir-raġel miet fuq il-post.

Jum qabel, għall-ħabta tal-3.40am ħin lokali tat-Tlieta, student universitarju fl-għoxrinijiet tiegħu – li ma kellu l-ebda rabta mal-kriminalità – inqatel b’tir f’dar fi Glen Alpine, fil-Lbiċ tal-belt. Huwa wkoll miet fuq il-post.

Il-pulizija stqarret li l-każ ta’ nhar it-Tlieta jidher li kien jinvolvi l-qtil ta’ persuna innoċenti kawża tal-kriminalità organizzata, filwaqt li fl-attakk fatali tal-Erbgħa, il-mira setgħet kienet ukoll il-persuna “żbaljata”.

Il-pulizija qed temmen li r-raġel kien għadu kif wasal fid-dar f’Merrylands West ftit tal-mumenti biss qabel ma ġie sparat fuqu it-tir fil-bieb tad-dar. Il-vittma ma kellha ebda rabta mal-kriminalita iżda r-residenti tad-dar kienu magħrufa sew mill-pulizija u kellhom rabtiet mal-kriminalità organizzata. Ir-raġel li ġie maqtul kien “aktarx” assoċjat fin-negozju. L-investigaturi qed iqisu l-każ bħala wieħed fejn seta’ kien hemm żball fl-identità. 

Il-Kummissarju tal-Pulizija ta’ New South Wales, Mal Lanyon, iddeskriva l-qtil ta’ nhar it-Tlieta – ta’ l-istudent universitarjuMarco Tapia li mal-pulizija kellu biss kontrovenzjonijiet u reat tat-traffiku – bħala xi ħaġa totalment inaċċettabbli”.

“Il-fatt li ntilfet ħajja li tidher li kienet innoċenti huwa xi ħaġa li l-ebda komunità m’għandha taċċetta, u l-ebda komunità m’għandha tgħix fil-biża’ mill-vjolenza,” qal Lanyon.

Ftit wara l-isparatura fatali tat-Tlieta, persuna magħrufa fid-dinja tal-kriminalità organizzata kitbet messaġġ fuq il-midja soċjali u qalet li “qatlu lill-persuna żbaljata, u lanqas biss marru fid-dar propja”.

Aktar kmieni din is-sena, raġel xiħ  ta’ 85 sena minn Sydney allegatament inħataf u nqatel f’każ li l-pulizija temmen li kien wieħed ta’ identità żbaljata. Huwa kien inħataf mid-dar tiegħu waqt rejd li sar qabel tlugħ ix-xemx, u l-katavru tiegħu nstab ġimagħtejn wara qrib korsa tal-golf. Diversi persuni ġew arrestati u akkużati b’rabta ma’ dan il-qtil.

Barra minn hekk, is-sena l-oħra, plumber minn Sydney inqatel b’tir ta’ arma tan-nar quddiem daru f’każ li l-pulizija qalet li kien ukoll wieħed ta’ żball fl-identità.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport