Wednesday, December 25, 2024

Il-Pulizija tgħid li l-filmat tal-bodycam ta’ wieħed mill-Pulzija qatt ma seta’ jixxandar jew jiġi ċċirkolat

Aqra wkoll

Il-Pulizija bagħtet stqarrija bi preferenza li qiegħda ssir għall-filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja u l-midja soċjali, li juri parti minn filmat meħud b’Body Worn Camera ta’ Pulizija li kien involut fl-inċident fil-Ħamrun nhar il-21 ta’ Settembru, inċident li fih sfaw aggrediti żewġ uffiċjali tal-Pulizija u li dwaru tressqu ħames persuni l-Qorti.

Il-Pulizija ġibdet l-attenzjoni li l-imsemmi filmat huwa parti mill-provi preżentati lill-Qorti u lid-Difiża u għaldaqstant skont Artiklu 518 tal-Kodiċi Kriminali (Kapitlu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta), dan il-filmat qatt ma seta’ jixxandar jew jiġi ċċirkolat.

Il-Pulizija qalet li se tkun qed iġġib din il-materja għall-konjizzjoni tal-Qorti.
Għaldaqstant il-Korp jiddeplora mhux biss il-mod li ġiet injorata tali liġi, imma wkoll li minn filmat kumplessiv ta’ madwar 23 minuta, min xandar dan il-filmat għażel li jkun selettiv u xandar biss madwar 3 minuti, li ma jinkludu xejn mill-waqt li l-pulizija sfaw aggrediti fiżikament u sfaw feruti, b’wieħed mill-Pulizija isofri ġrieħi gravi.

Ekonomija

Sport