Monday, May 13, 2024

Il-“qattiel ta’ Twitter” ikkundannat għall-mewt

Aqra wkoll

Raġel li nstab ħati li qatel disa’ persuni wara li kkuntattjahom fuq Twitter ġie kkundannat għall-mewt.

Takahiro Shiraishi, li ġie mlaqqam bħala “l-qattiel ta’ Twitter”, kien arrestat fl-2017 wara li partijiet tal-ġisem instabu fl-appartament tiegħu.

Shiraishi ta’ 30 sena ammetta li qatel u biċċer lill-vittmi tiegħu – kważi kollha nisa żgħażagħ –  li kien iltaqa’ magħhom fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali Twitter.

Aktar minn 400 persuna attendew għas-smigħ tal-verdett matul il-jum tat-Tlieta, u dan minkejja li fil-Qorti kien hemm biss 16-il siġġu disponibbli għall-pubbliku.

Sport