Thursday, April 25, 2024

“Il-Qattiel ta’ Twitter” jammetti l-omiċidju ta’ disa’ persuni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel Ġappuniż, li ġie mlaqqam bħala “Qattiel ta’ Twitter” ammetta l-qtil ta’ disa’ persuni. Takahira Shiraishi kien qatel lil dawn il-persuni wara li kien għamel kuntatt magħhom fuq twitter. Dan kien każ li xxokkja lill-pajjiż kollu. 

Shiraishi kien ġie arrestat fl-2017 meta dakinhar kienu nstabu biċċiet umani ġewwa l-appartament tiegħu. Waqt is-smigħ tal-ġuri tiegħu fil-qorti ta’ Tokjo, Shiraishi ammetta li l-allegazzjonijiet li tressqu fil-konfront tiegħu “huma kollha korretti”. 

Min-naħa tagħhom, l-avukati ta’ Shiraishi qed jargumentaw li s-sentenza fil-konfront tal-klijent tagħhom għandha titnaqqas minħabba li apparentament il-vittmi taw il-konsens tagħhom biex jinqatlu. Jekk jinstab ħati b’omiċidju, Shiraishi jista’ jiffaċċja l-piena tal-mewt li fil-Ġappun issir permezz tat-tgħalliq. 

Dan il-ġuri kiseb attenzjoni kbira mill-pubbliku tant li fl-aħħar smigħ kien hemm preżenti xejn inqas minn 600 persuna ġewwa l-Qorti. 

Sport