Friday, May 15, 2026

Il-Qorti Niġerjana tikkundanna lill-eks Ministru tal-enerġija 75 sena ħabs fuq frodi

Aqra wkoll

Il-Qorti Niġerjana kkundannat lill-eks Ministru tal-Enerġija Saleh Mamman għal 75sena priġunerija wara li nstab ħati b’rabta ma’ ħasil ta’ flus li jammontaw għal xejn inqas minn 33.8 biljun naira ($24.71 miljun).

L-Imħallef James Omotosho tal-Qorti Għolja Federali f’Abuja kkundanna lil Mamman wara li sabitu ħati fuq it-12-il akkuża kollha mressqa mill-Kummissjoni dwar Reati Ekonomiċi u Finanzjarji (EFCC).

L-EFCC akkużat lil Mamman bil-ħasil ta’ 33.8 biljun naira permezz ta’ kumpaniji privati, fondi li l-Prosekuturi qalu li kienu qligħ minn attività illegali marbuta ma’ proġetti idroelettriċi ffinanzjati mill-Gvern, inklużi l-impjanti tal-enerġija ta’ Mambilla u Zungeru.

Mamman, li serva bħala Ministru tal-enerġija fl-2019, ingħata sentenza in absentia skont il-liġi.

Il-Qorti ordnat lill-aġenziji tas-sigurtà Niġerjani u internazzjonali biex jarrestaw lil Mamman u jagħtuh f’idejn l-awtoritajiet korrettivi biex jiskonta s- sentenza tiegħu.

In-Niġerja ilha titħabat ma’ każijiet ta’ korruzzjoni ta’ profil għoli li jinvolvu uffiċjali pubbliċi, bl-EFCC inkarigata biex tgħin lil Prosekuzzjoni minħabba reati finanzjarji.

Il-każ ta’ Mamman jiffoka fuq fondi maħsuba għal proġetti kritiċi ta’ infrastruttura tal-enerġija fl-aktar nazzjon popolat tal-Afrika, fejn in-nuqqas ta’ elettriku għadu mifrux.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport