Wednesday, January 19, 2022

Il-Qorti Suprema tagħti ħjiel li se tappoġġja l-liġi li tipprojbixxi l-abort

Aqra wkoll

Il-Qorti Suprema fl-Istati Uniti jidher li se tkun qiegħda taċċetta liġi tal-Mississipi li tipprojbixxi li jsir abort wara 15-il ġimgħa ta’ tqala. Din il-liġi tkun tgħodd ukoll f’każi ta’ stupru jew inċest.

F’seduta li saret l-Erbgħa, ngħata ħjiel li l-maġġoranza jaqblu li tgħaddi din il-liġi. Id-deċiżjoni li mistennija tittieħed f’Ġunju tista’ twassal biex miljuni ta’ nisa jitilfu l-aċċess għall-abort.

Attivitsi kontra l-abort qed jinsistu li l-Qorti “tipproteġi l-ulied fil-ġuf”, iżda l-esperti qegħdin iwissu li tali deċiżjoni se twassal għal żieda fl-imwiet ta’ nisa tqal.

Sport