Monday, May 13, 2024

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma s-sentenza ta’ għomor il-ħabs għal Michael Emmanuel 

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza ta’ għomor il-ħabs fil-konfront ta’ Michael Emmanuel, li lura għall-Lulju tal-2022 waqt ġuri, instab ħati f’ġuri li qalet lill-eks sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius.

Kien l-akkużat innifsu li ressaq l-appell fil-Qorti, fejn argumenta li ma kienx hu li qatel lill-eks sieħba tiegħu, fit-13 ta’ Settembru tal-2018. 

Fil-Qorti ġie spjegat, kif il-vittma li hija omm ta’ sitt itfal kienet instabet mejta f’sodda fid-dar ta’ ommha f’Raħal Ġdid u li mill-awtopsja illi saret fuq il-vittma, irriżulta li Maria Lourdes kienet sfat fgatha. 

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti tal-Appell Kriminali qalet li l-evidenza kollha li tressqet fil-ġuri kienet waħda ċara u ma taqbilx ma dak li kien qiegħed jgħid l-akkużat.

Il-Qorti qieset ukoll li omm il-vittma xehdet li f’dak il-lejl semgħet lill-akkużat jhedded lil bintha li joqtolha. Kien għalhekk li warrbet l-argumenti tiegħu u kkonfermat il-piena ta’ għomor il-ħabs.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kienet preseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Edwina Grima u Giovanni Grixti.

Sport