Wednesday, December 25, 2024

Il-qtil ta’ stewardess tal-linja tal-ajru Filippina … aktarx inqatlet wara li kienet stupata minn gang f’party

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-qtil ta’ stewardess li kienet taħdem mal-linja tal-ajru tal-Filippini qed iqajjem ħafna mistoqsijiet. Hi instabet mejta f’banju f’lukanda wara party ta’ lejlet l-ewwel tas-sena. Minn investigazzjonijiet li saru ġie stabbilit li t-tfajla kienet Christine Angelica Dacer ta’ 23 sena,

Jidher li minn aktar investigazzjonijiet li saru l-Pulizija qed timxi fuq l-ipotesi li t-tfajla inqatlet wara li kienet stuprata minn gang sħiħ waqt il-festin. 

L-istewarrdess tal-Philippines Airlines marret fil-lukanda City Garden fil-belt ta’ Makati fil-Filippini flimkien ma’ kollegi tagħha. 

Jidher li wieħed mill-kollegi tagħha Rommel Galida, qam għal ħabta tal-10.00 ta’ filgħodu u nnota li Christine kienet fil-banju.

Hu dehrlu li kienet rieqda u għattiha b’kutra. Jidher li hu imbagħad qam xi sigħat wara u sab li kienet għadha hemm u kienet għadha mitlufa minn sensiha. 

Hu mill-ewwel ċempel għall-għajnuna u dan hekk kif hi bdiet tibdel il-kulur u ssir blu. Hi ingħatat CPR iżda kien kollu għalxejn.

Dwar il-każ saret awtopsja minħabba li instabu tbenġil u anke xi feriti fuq ġisimha. Wara sar magħrufli sar party. bejn għaxar minn nies. L-investigaturi qed jippruvaw jistabbilixxu jekk dan hux każ ta’ stupru minn gang sħiħ.

Ekonomija

Sport