Saturday, May 4, 2024

Il-qtil tad-Deputat Konservattiv Sir David Amess meqjus bħala attakk terroristiku

Aqra wkoll

Il-qtil tad-Deputat Konservattiv Sir David Amess qed jiġi meqjus bħala attakk terroristiku mill-pulizija.

Sir David qala diversi daqqiet ta’ sikkina waqt laqgħa mal-konstitwenti tiegħu.

Il-Pulizija qalet li hemm rabta potenzjali mal-estremiżmu Iżlamiku.

Żagħżugħ Ingliż ta’ 25 sena, suspettat li wettaq il-qtil, ġie arrestat fuq il-post.

Bħala parti mill-investigazzjoni, l-uffiċjali qed jagħmlu tfittxijiet f’żewġ postijiet fiż-żona ta’ Londra.

Il-Pulizija temmen li r-raġel aġixxa waħdu iżda l-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sorsi tal-gvern qalu lill-BBC li huwa ċittadin Brittaniku li jidher li huwa ta’ nisel Somalu.

Sport