Saturday, April 20, 2024

Il-Vatikan jibda jilqa’ lill-pubbliku biex jara u jitlob ħdejn il-qabar tal-Papa Benedittu XVI

Aqra wkoll

Wara li fil-5 ta’ Jannar il-Papa Benedittu XVI ġie midfun fil-grotta tal-Vatikan, taħt il-Bażilika ta’ San Pietru, mill-bieraħ, il-pubbliku żar u talab fuq il-qabar tiegħu.

Huwa ġie midfun ġo tliet twiebet, kollha ta’ materjali differenti li huma tal-ballut, taż-żingu u taċ-ċipress. Fl-istess post fejn jinsab midfun Papa Benedittu XVI, indifen il-predeċessur tiegħu San Ġwanni Pawlu II.

Fl-2011, imbagħad wara l-beatifikazzjoni, San Ġwanni Pawlu II ittieħed ġewwa l-Bażilika. Il-muniti u medalji tal-pontifikat u tal-palju li kien jilbes Benedittu XVI, jinsabu wkoll fit-tebut tiegħu.

Il-Papa Benedittu XVI miet fl-aħħar tas-sena 2022 u hu stmat li mal-200,000 persuna żaru l-Bażilika ta’ San Pietru biex jagħtuh l-aħħar tislima.

Sport