Meta aktar kmieni ħa sehem f’panel ta’ diskussjoni waqt il-konferenza “L-Istat tan-Nazzjon”, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Kevin Camilleri ddikjara li rridu naħsbu naħsbu bil-quddiem dwar kull bidla li qed issir u fejn trid tasal.
Fl-intervent tiegħu fil-panel bit-tema “Kif jista’ jinbidel in-Nazzjon Malti sa 50 sena oħra?”, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU stqarr li l-akbar sfida li għandna quddiemna hija l-qalba diġitali, b’mod partikolari l-Intelliġenza Artifiċjali li fi kliemu qegħdin nużawha l-ħin kollu.
Huwa tkellem dwar il-Viżjoni Malta 2050 u rrikonoxxa li din ukoll se tkun qiegħda tinbidel fil-futur għaliex “kollox huwa dinamiku.” Kompla jgħid li jixtieq jara postijiet tax-xogħol aktar inklussivi, fejn jiġu provduti aktar karrieri lill-ħaddiema, u postijiet tax-xogħol li jagħtu aktar flessibilità sabiex kemm jista’ jkun jintlaħaq dak il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.
“Inutli ngħiduhom, irridu nibdew vera nipprattikawhom. Biex naslu sal-2076, irridu nibdew mil-lum. Il-viżjoni qiegħda hemm. Imma mbagħad għandek mixja. Dan huwa vjaġġ,” qal Camilleri filwaqt li enfasizza wkoll fuq l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħaddiema.- is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Kevin Camilleri
Meta lbieraħ ħa sehem f’panel ta’ diskussjoni waqt il-konferenza “L-Istat tan-Nazzjon”, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Kevin Camilleri ddikjara li rridu naħsbu naħsbu bil-quddiem dwar kull bidla li qed issir u fejn trid tasal.
Fl-intervent tiegħu fil-panel bit-tema “Kif jista’ jinbidel in-Nazzjon Malti sa 50 sena oħra?”, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU stqarr li l-akbar sfida li għandna quddiemna hija l-qalba diġitali, b’mod partikolari l-Intelliġenza Artifiċjali li fi kliemu qegħdin nużawha l-ħin kollu.
Huwa tkellem dwar il-Viżjoni Malta 2050 u rrikonoxxa li din ukoll se tkun qiegħda tinbidel fil-futur għaliex “kollox huwa dinamiku.” Kompla jgħid li jixtieq jara postijiet tax-xogħol aktar inklussivi, fejn jiġu provduti aktar karrieri lill-ħaddiema, u postijiet tax-xogħol li jagħtu aktar flessibilità sabiex kemm jista’ jkun jintlaħaq dak il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.
“Inutli ngħiduhom, irridu nibdew vera nipprattikawhom. Biex naslu sal-2076, irridu nibdew mil-lum. Il-viżjoni qiegħda hemm. Imma mbagħad għandek mixja. Dan huwa vjaġġ,” qal Camilleri filwaqt li enfasizza wkoll fuq l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħaddiema.


