Sunday, December 22, 2024

Il-Whip tal-PN jgħid li lil hinn mis-surveys, hemm min qiegħed jibża’ jgħid li se jivvota lill-PN

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Whip tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar waqt kollegament telefoniku fuq NetFM qal li l-pubbliku nhar l-Erbgħa jista’ jagħti messaġġ lil hinn mill-istħarriġ.

Cutajar qal li b’sempliċiment telefonata, il-poplu jista’ jwassal messaġġ billi jagħti kontribut lill-Partit Nazzjonalista biex tiġi meta tiġi l-elezzjoni, “tiġi meta tiġi”, il-poplu jkun jista’ finalment jafda lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Cutajar tkellem dwar esperjenza li kellu fl-aħħar jiem meta kien qiegħed jitkellem ma’ xi anzjani f’żona partikolari ta’ Malta. Huwa qal li għażel li jaqsam din l-esperjenza biex jagħmel kuraġġ lil dawk li qegħdin jinnotaw li s-surveys, wieħed wara l-ieħor mhumiex jagħtu r-riżultati mixtieqa għall-Partit Nazzjonalista.

Il-Whip tal-PN qal li din l-anzjana qaltlu li ma setgħetx iddum titkellem miegħu għax fiż-żona kien hemm maġġoranza ta’ persuni mill-partit oppost u għalhekk beżgħet li uliedha jiġu affettwati jekk tkun innutata tkellmu minħabba li għandhom impjieg mal-gvern.

Cutajar żied jgħid li din l-anzjana li qaltlu li meta ċemplulha għall-istħarriġ beżgħet ukoll u li qalet li se tivvota lill-Partit Laburista meta hi se tagħżel lill-Partit Nazzjonalista.

Ekonomija

Sport