Monday, December 9, 2024

Iljieli bla rqad u rakkonti qosra 

Aqra wkoll

Il-Klabb Kotba Maltin għadu kemm ippubblika Iljieli bla rqad u rakkonti qosra oħra ta’ Sergio Grech.  

Din hija l-ewwel ġabra ta’ stejjer qosra ta’ Sergio Grech li tesplora l-bniedem fis-sens wiesa’. L-istejjer huma dwar bnedmin tad-demm u l-laħam li ħafna drabi huma mimlija dubji u inċertezzi quddiem il-ħajja. 

Il-protagonisti f’din il-ġabra aktarx huma l-emarġinati u dawk li rarament jitilgħu rebbieħa fuq il-palk tal-ħajja. Fil-kitba tinħass ukoll l-għajta għall-ġustizzja soċjali.   

Uħud mill-istejjer għandhom sfond storiku u jevalwaw lil Malta li jaf Grech.

Il-Professur Ġorġ Mallia sostna li “Dawn huma kitbiet li jidħlu fil-fond tal-ħsieb u l-ħsus. Kitbiet li jwasslu tant ideat. Tant bnedmin. Tant mumenti li se jibqgħu mal-qarrejja.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport