Wednesday, March 19, 2025

Illum il-Knisja tiċċelebra l-Festa ta’ San Ġużepp

Aqra wkoll

Illum, il-Knisja Kattolika tiċċelebbra l-Festa ta’ San Ġużepp – Patrun tal-Knisja Universali. F’Malta din il-festi tiġi ċċelebrata bil-kbir fir-Rabat, filwaqt li f’Għawdex tiġi ċċelebrata fil-Qala.

Fl-1621, il-Papa Girgor XV għamel il-festa ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu bl-obbligu tal-quddies.

Nhar it-8 ta’ Diċembru 1870, San Ġużepp ġie iddikjarat Patrun tal-Knisja Universali u d-19 ta’ Marzu ntgħażlet biex tkun iddedikata lilu. Dan sar mill-Beatu Papa Piju IX. 

Fuq San Ġużepp kitbu wkoll San Piju X, Papa Benedittu XV, Piju XI u Piju XII. Fl-1955 il-Papa Piju XII iddedika l-ewwel ta’ Mejju lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Ħaddiema. Il-Beatu Papa Ġwanni XXIII, għażel lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Konċilju Vatikan II f’ittra tiegħu tad-19 ta’ Marzu 1961.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport