Sunday, December 22, 2024

Illum il-poplu msejjaħ jivvota fl-elezzjonijiet tal-PE u tal-KL

Aqra wkoll

Wara xhur ta’ kampanja, illum huwa l-jum li fih il-poplu Malti u Għawdxi huwa msejjaħ biex imur jivvota għar-rappreżentanti li jixtieq kemm fil-Parlament Ewropew, kif ukoll f’dawk tal-Kunsilli Lokali. Ir-rata tal-votazzjoni hija mistennija li tkun waħda għolja.

Il-Kummissjoni Elettorali qiegħda tavża li llum, is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, 2024, se tingħata l-faċilità lill-votanti li jkunu se jsiefru llum stess biex jaqbżu l-kju. Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruha lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru tal-votazzjoni.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża wkoll li l-użu ta’ mobile phones, cameras, jew apparat tal-fotografija huwa projbit u li t-teħid ta’ ritratti jew filmati fil-postijiet tal-votazzjoni huwa kontra l-liġi. Min jinqabad jieħu ritratt jew video, ikollu l-apparat ikkonfiskat u jittieħdu passi legali kontra tiegħu.

Ekonomija

Sport