Thursday, December 26, 2024

Illum jitfakkar il-Jum Dinji tal-Braille 

Aqra wkoll

Illum, l-4 ta’ Jannar, qed jitfakkar il-Jum Dinji tal-Braille. F’dan il-jum, fis-sena 1809 fi Franza twieled Louis Braille. Huwa kien involut f’inċident tat-traffiku u spiċċa biex tilef id-dawl ta’ għajnejh. Meta kellu biss 15-il sena ħadem biex joħloq mod ta’ kif persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jaqraw.

Il-Braille hi sistema ta’ simboli tal-alfabett u numri li jikkonsistu f’sitt tikek, li jirrappreżentaw kull ittra u numru kif ukoll simboli mużikali. 

Din is-sistema tintuża sabiex persuni nieqsa mid-dawl jidentifikaw il-mediċini kif ukoll jagħmlu użu mill-lifts u zebra crossings fost l-oħrajn.

Ekonomija

Sport