Friday, August 14, 2026
Home Sport Illum jitla’ s-siparju tal-Kampjonat Premier 2026-27

Illum jitla’ s-siparju tal-Kampjonat Premier 2026-27

0
2
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

Illum jitla’ s-siparju għall-istaġun 2026-27 meta jingħata bidu għall-Kampjonat Malti li  huwa l-112-il edizzjoni u s-47 waħda tal-Premier League.  

Iċ-champions Floriana, li rebħu t-titlu għal rekord ta’ 27 darba, se jiftħu l-impenji tagħhom kontra Birżebbuġa St Peter’s li minbarra li huma team promoss huma wkoll team ġdid fl-ogħla diviżjoni u għaldaqstant id-data tal-lum se tibqa’ mniżżla b’ittri tad- deheb fl-istorja tal-club, aktar u aktar jekk huma joħolqu xi sorpriża.

L-aħjar partita ta’ tmiem ilġimgħa hija dik bejn żewġ ġganti tal-football domestiku, Sliema Wanderers u Hibernians, li kienu attivi sew fis-suq tat-trasferimenti u għamlu investimenti qawwija u għal­daqstant huma meqjus fost l-isfidanti ewlenin li jirbħu t-titlu, bil-Pawlisti jkollhom ukoll sidien ġodda. 

It-team l-ieħor li rebaħ il-promozzjoni huwa dak ta’ Balzan, b’din l-avventura fl-ogħla diviżjoni se tkun is-16-il waħda tal-club.

Huma għandhom impenn diffiċli meta jiltaqgħu kontra Marsaxlokk li fl-istaġun li għadda spiċċaw fit-tieni post meta tilfu l-finali kontra Floriana b’mod mill-aktar drammatiku.

Valletta jibdew favoriti li joħorġu rebbieħa kontra Zabbar St Patrick li żammew posthom fl-ogħla diviżjoni meta fl-istaġun li għadda kienu nvoluti fir-Relegation Play-Offs.

Birkirkara, li għandhom president ġdid, Chris Cardona, jiffaċċjaw lil Gzira United f’dik li hija meqjusa bħala partita bilanċjata.

L-attenzjoni xorta waħda tkun fuq Hamrun Spartans li fl-istaġun li għadda ddiżappuntaw. Huma jilagħbu kontra Mosta li f’dan l-istaġun in-nukleu tagħhom se jkun ifformat miż-żgħażagħ.

Sadanittant, il-clubs kollha kienu ferm attivi biex issaħħu l-iskwadra tagħhom u jidher li se jkun kampjonat missielet.

Peró, l-aħjar ak­kwisti għamluhom il-Wanderers meta rnexxielhom jiffirmaw lill-goalkeeper, Henry Bonello (Hamrun S.), Alexander Satariano (Athens Kallithea) u lil Teddy Teuma (Standard Liege), b’dan tal-aħħar ikun l-aktar trasferiment attraenti. 

L-akkwisti li saru mit-12-il team huma dawn:

Balzan – Manuel Issufe Djalo, Lucas Macula, Nikola Djoric, Mohammed Marzuq Yahaya, Leo Fernandes, Ro­siel, Sekala Guehi, Isaac Davey, Emmanuel Asante.

Birkirkara – Fabrice Ondoa Ebogo, Rashed Al-Tumi, Zach Muscat, Aleandro Garzia, Jake Vassallo, Louis Pahama, Shaft Brewer, Frazan, Aleksandar Djordjevic, Amarildo, Joao Pedro Iseppe, Kadu, Yago, Jefferson Vinicius

Birżebbuġa SP – Mattia Santi, Stipe Tokic, Alessandro Coppola, Jackson Mendoza, Yuri De Jesus Messias, Shaun Dimech, Kurt Bondin, Rasmus Thellufsen, Daishawn Redan, Sam Azimzadeh Tabrizi, Pietro Tomaselli, Matteo Chiesa.

Floriana – Nikita Shchepetkin, Paul Mbong, Yassine Jbira, Gaston Manuel Romano, Ange Curtis N’Dri, Amar Drina, Tomislav Gudelj, Robert Muric, Kauan.

Gzira U. – Nathan Joyce, Albion Pllana, Dinis Djadjo, Fi­lip Maio, Luisinho, Francisco Saldanha, Jonathan Farias, Antiago De Flavia

Harmun S. – Jake Grech, Ante Coric, Lucas Villela, Jack Ipalibo, Em­manuel Ernest, Saliou Thiou­ne, Messie Bia­tou­mous­soka,  Tobias Bjornstad.

Hibernians – Joseph Essien Mbong, Nathan Agius, Leandro Lautaro Lacunza, Jamie Wahling, Ryder Matos, Oli­vier N’Zi, Moritz Romling, Matteo Cardinali, Pablo Sanchez, Fabian Jankovic, Boris Druga

Marsaxlokk – Andrea Cassar , Lucas Caruana, Oleksiy Bykov, Matheus Vieira da Silva.

Mosta – Geoffrey Edwin Acheampong, Thiago Espindola, Nathan Cross, Lydon Seychell, Wanderson Pinheiro Diniz, Prince Afriyie.

Sliema W. – Anthony Limbombe Ekango, Henry Bonello, Teddy Teuma, Alex Sata­riano, Vlatko Drobarov, Nigel Robertha, Diego Camara,     Brian Ariel Gambarte.

Valletta – Ermin Bicakcic, Alex Tanque, Petar Sekulovic, Bruno Gomes, Ignacio Manuel Morello, Roko Prsa.

Zabbar SP – Adnan Basic, Joao Mafra, Nicolas Lancioni, Tobias Moriceau, Patrik Mohorovic, Thomas Melillo, Kai­den Fenech, Shelom Magri, Charles M’Mombwa, Leon Seisun, Tiago Gomes dos Santos

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here