Monday, December 9, 2024

Illum Malta tilgħab kontra Liechtenstein f’partita ta’ ħbiberija

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

It-team nazzjonali Malti, immexxi mill-coach temporanju Davide Mazzotta, illum jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra Liechtenstein li se sservi bħala preparazzjoni għall- konfront tant importanti mill-UEFA Nations League kontra Andorra, ta’ nhar it-Tlieta li ġej.

Mazzotta beda l-kariga qasira tiegħu b’rebħa minima iżda prezzjuża ta’ 1-0 kontra l-Moldova, fl-Istadium Naz­zjonali. Din ir-rebħa żammet iċ-ċansijiet ta’ promozzjoni ħajjin għal League C ta’ din il-kompetizzjoni minkejja li huma xi ftit remoti.

Mazzotta għażel bosta wċuh li kienu fl-iskwadra ta’ Ottubru li għadda u inizjalment kien sejjaħ ukoll lill-player ta’ Western Sydney Wanderers, Dylan Scicluna, iżda ftit tal-jiem wara kellu jirtira minħabba injury li sofra fir-reb­ħa ta’ 4-1 fuq Newcastle Jets.

Fl-iskwadra kien hemm ukoll ir-ritorn ta’ diversi players oħra li f’Ottubru kienu mweġġgħin, fosthom Carlo Zammit Lonardelli li tant sejjer tajjeb ma’ Floriana, Enrico Pepe ta’ Birkirkara u Steve Pisani ta’ Sliema Wanderers. Minkejja kollox, Mazzotta se jkollu jibqa’ mingħajr is-servizzi taż-żewġ players ta’ Hamrun Spartans, Luke Montebello u Steve Borg, li qed jirkupraw minn injury.

Sadanittant, waqt il-konferenza stampa ta’ qabel il-logħba,  il-coach Mazzotta għamilha ċara li l-approċċ tiegħu għaż-żewġ partiti li ġejjin – dik ta’ ħbiberija tal-lum u dik kompetittiva ta’ nhar it-Tlieta li ġej,  se jkun identiku: “L-unika differenza hi li waħda tissejjaħ partita ta’ ħbiberija u l-oħra hija waħda ta’ kompetizzjoni.”

Lil hinn mill-importanza taż-żewġ partiti, Mazzotta enfasizza li l-elementi kollha ta’ tħejjija  se jibqgħu l-istess, u l-ħtieġa li t-team javviċina kull logħba trid tkun “bl-istess determinazzjoni u umiltà”.

Din il-perspettiva tindika l-intenzjoni ta’ Mazzotta li jibni mentalità ta’ team konsistenti u reżiljenti. Huwa ta x’jifhem ukoll dwar tibdil potenzjali fil-formazzjoni li  se jseħħ minħabba assenzi sfurzati filwaqt li oħrajn huma tattiċi.

 Minkejja l-isfidi, Mazzotta jibqa’ kunfidenti fl-iskwadra tiegħu. Huwa stqarr li l-impenn tat-team, għal din il-filosofija li qed tevolvi, huwa l-aktar importanti, anke jekk l-aġġustamenti u l-bini mill-ġdid tal-iskwadra huma meħtieġa matul il-proċess. Huwa enfasizza wkoll għal konċentrazzjoni massima kif ukoll għal dixxiplina mentali u tattika.

Mistoqsi dwar il-ħin limitat ta’ logħob ta’  players Maltin li qed jilagħbu barra minn xtutna, Mazzotta  ma esprima l-ebda tħassib iżda minflok iffoka fuq id-dedikazzjoni li kull player iġib lit-team nazzjonali.

“Ilkoll jaħdmu iebes,” huwa qal, filwaqt li enfasizza l-kwalità tal-isforz li kull membru tal-iskwadra jikkontribwixxi, irrispettivament mill-forma mat-team rispettiv.

L-avversarji tal-Maltin jinsabu fil-200 post fir-rankings tal-FIFA. It-team, immexxi mill-coach Konrad Funfstuck, qed jipparteċipa f’League D tal-UEFA Nations League fejn jinsab fi Grupp 1 flimkien ma’ Ġibiltá u ma’ San Marino.

Iż-żewġ naħat iltaqgħu kontra xulxin ħames darbiet fejn Malta kisbet erba’ rebħiet bl-oħra tispiċċa fi draw.

L-aktar partita memorabbli kienet dik li ntlagħbet, fis-26 ta’ Marzu, 2008, fir-rebħa ta’ 7-1 fejn l-attakkant Michael Mifsud skorja ħames goals – rekord tal-akbar rebħa u rekord tal-aktar goals skorjati minn player wieħed f’partita waħda.

Il-logħba se tintlagħab fis-7.00 pm fl-Istadium Nazzjo­nali u se tintwera diretta fuq TMVSport+

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport